Rebbieħa 2024

Rebbieħa nazzjonali

Aqra dwar il-proġetti nazzjonali rebbieħa.

It-tliet rebbieħa Ewropej jitħabbru waqt iċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni f’Aachen fl-7 ta’ Mejju. Rappreżentant wieħed minn kull rebbieħ nazzjonali se jiġi mistieden Aachen biex jattendi ċ- ċerimonja waqt il-Ġimgħa tar-Rebbieħa.

image-from-the-document-manager-1

Rebbieħa 2023

L-ewwel premju ta’ EUR 7,500 ingħata għall-“AILEM” mill-Belġju — l-ewwel applikazzjoni lingwistika li qatt saret imfassla għar-refuġjati u l-applikanti għall-ażil u żviluppata f’konsultazzjoni magħhom. Hija tuża l-lingwa biex tkisser in-nuqqas ta’ ftehim interkulturali u d-distakki bejn ir-refuġjati u l-pajjiż ospitanti tagħhom u tinkludi frażijiet utli, stejjer u logħob tat-tagħlim tal-lingwi, kif ukoll modi ta’ konnessjoni ma’ utenti oħra. Il-proġett għandu l-għan li jlaqqa’ flimkien persuni minn sfondi, esperjenzi u status soċjali differenti.

Żewġ proġetti saru t-tieni post konġunt: “Mużew Mobbli tal-Klima” mil-Litwanja u “Il-Korrispondent Ewropew” mill-Pajjiżi l-Baxxi.

Il-“Mużew Mobbli tal-Klima” (Mobili Klimato muziejaus paroda) twaqqaf f’Mejju 2022 bil-għan li jġiegħel lin-nies jadottaw stil ta’ ħajja li ma jagħmilx ħsara lill-klima. Dan jikkonsisti f’erba’ kontenituri mobbli tal-baħar li jirrappreżentaw erba’ temi: It-tibdil fil-klima — il-kawżi u l-impatt, Il-Patt Ekoloġiku tal-UE, Biedja sostenibbli u ikel tajjeb għas-saħħa, Suġġerimenti prattiċi dwar it-tnaqqis tal-konsum.

“Il-Korrispondent Ewropew”, imwaqqaf fl-2022, ilaqqa’ flimkien aktar minn 140 ġurnalist żagħżugħ minn madwar l-Ewropa bil-għan li jinħoloq ġurnaliżmu Ewropew. Huma jibagħtu email b’newsletter ta’ kuljum, li tkopri reġjun differenti kuljum, bl-aħbarijiet Ewropej l-aktar rilevanti. Jinvestigaw ukoll kif kwistjonijiet kbar jiżvolġu f’pajjiżi Ewropej differenti.

Sommarji tal-proġetti tar-rebbieħa nazzjonali tal-2023 (EN)

Rebbieħa 2022

L-ewwel post intrebaħ mill-proġett mill-Portugal "Orquestra Sem Fronteiras" [MT: Orkestra Mingħajr Fruntieri], li jippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-Portugall u Spanja, permezz tal-mużika ta' talenti żgħażagħ li jgħixu fiż-żewġ pajjiżi, bil-għan li jittaffew l-inugwaljanzi soċjali u kulturali.

It-tieni post intrebaħ mill-proġett miċ-Ċekja "Politika (nejen) pro Mladé" [MT: Il-Politika (Mhijiex Biss) għaż-Żgħażagħ], li jlaqqa' flimkien politiċi żgħażagħ mill-ispettru politiku kollu biex jiddibattu l-politika, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jistinkaw għal soċjetà ċivili żagħżugħa infurmata u attiva.

It-tielet post intrebaħ mill-proġett Ġermaniż "Ukrainian Vibes - European Public Sphere" (Sensazzjonijiet Ukreni - L-Isfera Pubblika Ewropea), organizzat permezz ta' Democracy International. Il-proġett, li dam għaddej minn April sa Ottubru 2021, laqqa' flimkien nies minn 36 pajjiż għal diskussjonijiet virtwali dwar id-demokrazija, l-iżvilupp u l-integrazzjoni Ewropea, b'enfasi fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukrajna. Huma ppubblikaw uħud mill-proposti ġġenerati fuq il-pjattaforma tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.

Sommarji tal-proġetti tar-rebbieħa nazzjonali tal-2022 (EN)

Rebbieħa 2021

Fl-2021 l-ewwel post intrebaħ mill-proġett miċ-Ċekja "Fakescape" li juża l-logħob biex jgħallem liż-żgħażagħ kif jaħsbu b'mod kritiku u jagħrfu l-aħbarijiet foloz.

Fit-tieni post kien hemm "Generation Z" (Ġenerazzjoni Ż), proġett mir-Rumanija li laqqa' liż-żgħażagħ flimkien ma' akkademiċi u personalitajiet biex jinkoraġġixxu l-kurżità, il-ħsieb kritiku u l-libertà tal-kelma, kif ukoll id-djalogu interġenerazzjonali.

"EuroInclusion" minn Spanja rebaħ it-tielet post. Huwa programm ta' skambju għaż-żgħażagħ Ewropej, li għandu l-għan li jikseb integrazzjoni sħiħa mil-lat soċjali, kulturali u politiku taċ-ċittadini b'diżabilità f'Ewropa ħielsa, diversa u magħquda.

Rebbieħa 2020

Il-proġett Ġermaniż "European Archive of Voices" (Arkivju Ewropew ta' Vuċijiet) jiġbor testimonjanzi orali tal-istorja minn persuni li twieldu qabel l-1945.

It-tieni post mar għall-proġett Franċiż "Moving towards a European Civic Service" (Mixja lejn Servizz Ċiviku Ewropew), assoċjazzjoni li tgħin liż-żgħażagħ Ewropej jagħmlu volontarjat f’pajjiżhom u f’pajjiżi oħra bil-għan li jiġu indirizzati sfidi soċjetali ewlenin bħall-ambjent.

Fit-tielet post ġiet Madeleina Kay (ir-Renju Unit), magħrufa bħala #EUsupergirl, bl-inizjattiva "The Future is Europe" (Il-Futur huwa l-Ewropa).

Rebbieħa preċedenti tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Rebbieħa preċedenti tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ (disponibbli bl-24 lingwa fuq talba)