DWAR L-EPAS
Tgħallem aktar dwar id-demokrazija parlamentari Ewropea, organizza u ħu sehem f'attivitajiet prattiċi relatati mal-UE, u interaġixxi mal-komunità tiegħek u mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Dan hu dak li joffri l-programm.
IN-NETWORK EPAS
Skopri l-iskejjel li qed jieħdu sehem fil-programm f'pajjiżek u madwar l-UE kollha. Tistgħu tingħaqdu biex tippromwovu d-demokrazija parlamentari Ewropea, taqsmu l-aħjar prattiki u tinteraġixxu mal-komunitajiet tagħkom.
RIŻORSI DIDATTIĊI
Kulma qatt xtaqt tkun taf dwar l-UE: l-Istati Membri, l-istorja, il-valuri tagħha u l-impatt tagħha fuq il-ħajja tiegħek ta' kuljum. Skopri aktar dwar l-aħbarijiet foloz, ittestja l-għarfien tiegħek bil-kwiżż online u immaġinak Membru tal-Parlament Ewropew.
Messaġġ tal-President Metsola lin-network EPAS
Il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola taqsam messaġġ mal-għalliema u l-istudenti kollha li huma parti mill-programm EPAS. Din l-inizjattiva tgħaqqad lill-Unjoni Ewropea u liċ-ċittadini tagħha permezz ta' skejjel ambaxxaturi, filwaqt li tippromwovi d-demokrazija parlamentari u l-involviment taż-żgħażagħ.
Minn meta nġibed dan il-filmat, l-għadd ta' skejjel li qed jipparteċipaw diġà qabeż l-2,200 (ċifra minn Ġunju 2025).