PROGRAMM u SUĠĠETTI
Programm tal-ġurnata
Euroscola jikkombina kemm l-attendenza fiżika, direttament fl-emiċiklu tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu kif ukoll online, permezz ta' streaming dirett u pjattaformi online interattivi.
Il-programm ta' filgħodu ta' Euroscola jinkludi ftuħ uffiċjali mill-President tal-Parlament, sessjoni ta' mistoqsijiet u tweġibiet ma' Viċi President, u ""Laboratorju tal-Innovazzjoni"" fejn l-istudenti jaqsmu l-ideat tagħhom ma' espert tal-Parlament Ewropew dwar is-suġġett tas-sessjoni, li se jitressaq għal votazzjoni finali. Jistgħu jiġu mistiedna wkoll mistednin speċjali. Il-parteċipanti huma mħeġġa jistaqsu mistoqsijiet, permezz ta' vidjo dirett fuq Interactio għall-istudenti online, direttament fl-emiċiklu għall-istudenti preżenti fil-Parlament Ewropew fi Strasburgu jew bil-miktub permezz ta' Slido għat-tipi kollha ta' parteċipanti. L-istudenti huma mistiedna wkoll joħolqu filmat qasir b'mistoqsija minn qabel, li se jixxandar dakinhar tal-avveniment. Is-sessjoni ddum sagħtejn.
Il-programm ta' waranofsinhar se jiġi offrut biss lill-parteċipanti bi preżenza fiżika. Din il-parti se tkun iddedikata għal logħba ta' simulazzjoni dwar il-proċedura leġiżlattiva tal-Unjoni Ewropea.
Ara l-programm u aktar dettalji biex tieħu l-aħjar mill-esperjenza tiegħek ta' Euroscola!
Suġġetti
Euroscola jiffoka fuq suġġetti marbuta mal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, u tipprovdi l-għodod liż-żgħażagħ Ewropej biex b'mod attiv isawru l-futur tagħhom. Għal kull sessjoni, is-suġġetti se jintgħażlu skont l-interessi reali taċ-ċittadini Ewropej. Nirrakkomandaw bil-qawwa li, minn qabel, tkun saret tħejjija ta' dawn is-suġġetti fil-klassi.
Topic Guide (May 2023) - The EU's zero pollution ambition