Mistoqsijiet frekwenti dwar il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ

  1. Qed infittxu proġetti li: jippromwovu l-fehim fil-livell Ewropew u internazzjonali; jippromwovu sens kondiviż ta' identità Ewropea u integrazzjoni Ewropea; jinkoraġġixxu żgħażagħ oħra fl-Ewropa biex jinvolvu ruħhom fid-demokrazija tagħna; joffru eżempji prattiċi ta' Ewropej li jgħixu flimkien bħala komunità waħda.

    Il-proġett tiegħek jista' jieħu kwalunkwe forma. Pereżempju, jista' jiffoka fuq l-organizzazzjoni ta' diversi avvenimenti għaż-żgħażagħ bħal (iżda mhux limitati għal) skambji taż-żgħażagħ, logħob ta' simulazzjoni, festivals politiċi taż-żgħażagħ, wirjiet, taħriġ, proġetti online, jew eżerċizzji simili. Tista' tkun kreattiv u tuża oqfsa ġodda għall-proġett tiegħek, sakemm iżżomm mal-kriterji msemmija.

    Għal proġetti li mhumiex eliġibbli, jekk jogħġbok ara l-mistoqsija M'iniex ċert(a) jekk it-tip ta' proġett tiegħi hux eliġibbli. Kif nista' niċċekkja?

  2. Il-proġetti li ġejjin mhumiex eliġibbli għall-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej:

    a. Proġetti fl-istadju tal-ippjanar jew fl-ewwel stadji tal-implimentazzjoni li għalihom ma jistgħux jiġu identifikati riżultati fil-bidu tal-proċedura tal-applikazzjoni;

    b. Proġetti sottomessi minn individwi li jaħdmu ma' xi istituzzjoni Ewropea jew mal-Fondazzjoni tal-Premju Internazzjonali Karlu Manju ta' Aachen;

    c. Teżijiet u pubblikazzjonijiet akkademiċi;

    d. Proġetti li jkunu diġà ngħataw premju mogħti minn istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija Ewropea;

    e. It-tliet rebbieħa Ewropej tal-edizzjonijiet preċedenti tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej;

    f. Attivitajiet li għandhom skop ta' qligħ bħala l-objettiv primarju tagħhom;

    g. Attivitajiet minn organizzazzjonijiet governattivi.

    Jekk int jew il-proġett tiegħek jaqa' taħt waħda jew aktar minn dawn il-kategoriji, allura l-proġett tiegħek ma jkunx eliġibbli għall-premju.

  3. Iva. Madankollu, jekk jogħġbok żomm f'moħħok li l-proġett irid ikun avvanzat biżżejjed biex il-ġurija tkun tista' tevalwa r-riżultati tiegħu. Jekk, pereżempju, il-proġett tiegħek għadu kif beda jew għadu idea, nissuġġerixxu li tistenna li tissottomettih għall-edizzjoni tal-Premju tas-sena d-dieħla.

  4. Le. L-applikanti jistgħu jippreżentaw kemm il-proġetti jridu. Madankollu, proġett ma jistax jiġi ppreżentat aktar minn darba. MHUWIEX possibbli li jiġi ppreżentat l-istess proġett f'żewġ pajjiżi differenti jew aktar.

  5. Biex tissottometti l-proġett tiegħek, jekk jogħġbok mur fuq il-formola ta' applikazzjoni online.

    Tista' timla l-applikazzjoni bi kwalunkwe lingwa tal-UE, u tista' ttella' dokumenti u stampi li juru l-proġett tiegħek.

  6. L-12 ta' Frar 2024, (f'23:59:59 CET).

  7. It-tim tal-proġett għandu jiddeċiedi dwar dan. F'xi każijiet, jista' jkun il-kap tat-tim, maniġer tal-programm, uffiċjal tal-komunikazzjoni jew parteċipant regolari. Żomm f'moħħok li biex ikun eliġibbli, applikant għandu jkun residenti fi Stat Membru tal-UE u jkollu bejn 16 u 30 sena.

  8. Il-formola tal-applikazzjoni hija disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE.

  9. Jekk il-proġett tiegħek iseħħ fi Stat Membru wieħed biss, għandek tissottomettih f'dak l-Istat Membru.

    F'każ ta' proġett transnazzjonali (li jiġi implimentat f'aktar minn Stat Membru wieħed, jew li jkollu parteċipanti minn diversi Stati Membri), il-proġett għandu jiġi ppreżentat fi Stat Membru wieħed li jkun marbut l-aktar mill-qrib mal-proġett. Din id-deċiżjoni trid tittieħed mill-applikant.  Applikant jista' jippreżenta l-proġett tiegħu fi Stat Membru wieħed biss.

  10. Iva. Jistgħu jerġgħu jġu ppreżentati proġetti li mhumiex fost it-tliet rebbieħa finali tal-edizzjonijiet preċedenti tal-Premju. Madankollu, peress li l-Premju huwa annwali, mhux se jitqiesu l-proġetti li kienu eliġibbli għall-edizzjoni preċedenti u li ġew iffinalizzati sena ilu . L-istess organizzazzjonijiet jistgħu japplikaw bil-proġett il-ġdid implimentat fis-sena tal-Premju.

  11. Le. Nissuġġerulek tħejji l-applikazzjoni tiegħek offline bid-data mitluba, li mbagħad tista' tikkopja fil-formola tal-applikazzjoni online.

  12. Iva. Trid tissottometti l-applikazzjoni tiegħek f'darba għax mhux possibbli li tissejvja l-applikazzjoni u terġa' ssibha aktar tard. Nissuġġerulek tħejji l-applikazzjoni tiegħek offline bid-data mitluba, li mbagħad tista' tikkopja fil-formola tal-applikazzjoni online.

  13. Deskrizzjoni waħda hija sommarju qasir tal-proġett tiegħek. Dan għandu jkun bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, peress li jippermetti lis-Segretarjat tal-Premju jirreferi għalih fil-komunikazzjoni futura dwar il-proġett tiegħek.

    Deskrizzjoni sħiħa tal-proġett tista' tinkiteb bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE. Din id-deskrizzjoni se tintuża biex jiġi vvalutat il-proġett, għalhekk għandha turi kif il-proġett tiegħek: jippromwovi l-fehim fil-livell Ewropew u internazzjonali; jippromwovi sens kondiviż ta' identità Ewropea u integrazzjoni Ewropea; jinkoraġġixxi żgħażagħ oħra fl-Ewropa biex jinvolvu ruħhom fid-demokrazija tagħna; u joffri eżempji prattiċi ta' Ewropej li jgħixu flimkien bħala komunità waħda. Il-ġurija se tevalwa wkoll kemm dawn il-kriterji ntlaħqu tajjeb, kif ukoll il-kreattività u l-innovazzjoni tal-proġett.

    Fiddeskrizzjoni twila, jekk jogħġbok semmi dan li ġej:

    • kif ilproġett tiegħek jilħaq lobjettivi talPremju
    • x'inhuma lobjettivi prinċipali u speċifiċi talproġett tiegħek u kif se jintlaħqu
    • x'inhi ludjenza filmira tiegħek
    • x'inhuma rriżultati talproġett (mistennija jew miksuba)
    • kif se xxerred linformazzjoni dwar ilproġett
    • kif se tkejjel issuċċess talproġett tiegħek
    • kemmil persuna pparteċipat filproġett u kemmil persuna laħaq
  14. Ġuriji nazzjonali magħmula minn Membri tal-Parlament Ewropew u rappreżentanti tal-organizzazzjoni nazzjonali taż-żgħażagħ se jiddeċiedu dwar ir-rebbieħa nazzjonali fl-Istati Membri kollha fi żmien xahar wara l-iskadenza għas-sottomissjoni, imbagħad nikkuntattjaw lir-rebbieħa u ninfurmawhom dwar il-passi li jmiss.

    Wara dan, il-ġurija Ewropea se tiltaqa' biex tagħżel tliet rebbieħa Ewropej minn fost is-27 rebbieħ nazzjonali. Ir-rebbieħa se jitħabbru matul iċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni f'Aachen.

  15. Ir-rebbieħa nazzjonali jitħabbru mill-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri. Wara dan, it-tim tal-Unità tal-Kuntatt maż-Żgħażagħ jikkuntattja lir-rebbieħa nazzjonali kollha u jagħtihom aktar informazzjoni

    Rappreżentant wieħed għal kull proġett se jiġi mistieden għall-Ġimgħa tar-Rebbieħa ta' Aachen, fejn se jkunu jistgħu jiltaqgħu ma' xulxin, kif ukoll ma' rebbieħa preċedenti tal-premju Ewropew. L-ispejjeż għall-parteċipazzjoni f'dan l-avveniment jitħallsu mill-Parlament Ewropew u mill-Fondazzjoni tal-Premju Internazzjonali Karlu Manju ta' Aachen. Ir-rappreżentanti kollha tal-proġetti se jirċievu wkoll ċertifikat mingħand il-President tal-Parlament Ewropew u l-President tal-Fondazzjoni tal-Premju Internazzjonali Karlu Manju ta' Aachen.

    Ir-rebbieħa nazzjonali kollha se jiġu mistiedna jibqgħu f'kuntatt mal-Parlament Ewropew u mal-Fondazzjoni Aachen u jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem f'avvenimenti futuri taż-żgħażagħ.

  16. Il-ġurija Ewropea se tagħżel tliet rebbieħa Ewropej fost is-27 rebbieħ nazzjonali. I Ir-riżultat ta' dawn ir-rebbieħa se jitħabbar matul iċ-Ċerimonja tal-Premjazzjoni f'Aachen, fejn se jiġu mistiedna r-rebbieħa nazzjonali kollha.

    Il-Premju għar-rebbieħa Ewropej:
    • L-ewwel premju huwa ta' EUR 7500, it-tieni premju ta' EUR 5000 u t-tielet premju ta' EUR 2500
    • Bħala parti minn dan il-premju, it-tliet rebbieħa Ewropej jiġu mistiedna jippreżentaw il-proġetti tagħhom fil-Parlament Ewropew (fi Brussell jew fi Strasburgu).
    • Bħala parti minn dan il-premju, it-tliet rebbieħa Ewropej jingħataw il-possibbiltà li jipparteċipaw fil-programm ta' traineeship Schuman tal-Parlament Ewropew. Għal aktar informazzjoni dwar dan, jekk jogħġbok aqra: X'inhuma r-regoli għat-traineeship Schuman għar-rebbieħa Ewropej?

  17. Rappreżentant minn kull 3 rebbieħa Ewropej se jingħata l-opportunità ta' traineeship Schuman fil-Parlament Ewropew. Ir-rappreżentant li jkun innominat għat-traineeship għandu jkun parti mit-tim ewlieni tal-proġett rebbieħ u jissodisfa l-kriterji ta' eliġibbiltà kollha għall-iskema tat-traineeship. It-traineeship għandu jinbeda jew fl-1 ta’ Ottubru jew inkella fl-1 ta’ Marzu fit-12-il xahar wara li jkun ingħata l-Premju. Id-dettalji dwar din l-opportunità se jiġu kkomunikati direttament lill-proġetti rebbieħa nazzjonali qabel iċ-Ċerimonja tal-Ippremjar.

  18. Jekk jogħġbok ibgħat il-mistoqsijiet tiegħek bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż dwar il-proċess tal-applikazzjoni b'email lil youth@ep.europa.eu(Politika tal-privatezza)

frequently-asked-questions