Kollox jibda minnek

Żona Wirja

Skopri l-offerta tal-Parlament Ewropew għaż-żgħażagħ

Tixtieq tiltaqa' ma' nies ġodda, tivvjaġġa u jkollok esperjenzi ġodda? Għandek idea li tista' tbiddel l-Ewropa, jew sempliċiment tixtieq titgħallem aktar dwar kif taħdem id-demokrazija Ewropea? Hu x'inhu li qed tfittex, hemm xi ħaġa għalik li qed tiġri fil-Parlament Ewropew - u kulħadd huwa mistieden.

ŻGĦAŻAGĦ

Għandek bejn is-16 u t-30 sena u tixtieq titgħallem aktar dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew, tiltaqa' ma' żgħażagħ Ewropej oħra jew tinvolvi ruħek fid-dibattitu politiku? Skopri x'inhu offrut u pparteċipa.

Ara l-programmi għaż-żgħażagħ

EDUKATURI

Inti edukatur formali jew mhux formali? Qed tfittex għodod, taħriġ u avvenimenti biex tqarreb l-UE lejn l-istudenti tiegħek b'mod interattiv? Skopri l-programmi u l-opportunitajiet imfassla għalik u għall-istudenti tiegħek.

Ara l-programmi għall-edukaturi

ORGANIZZAZZJONIJIET

L-organizzazzjoni taż-żgħażagħ tiegħek qed tfittex l-opportunità kbira li jmiss? Skopri x'jista' jagħmel għalik il-Parlament Ewropew u għin biex tagħti leħen liż-żgħażagħ!

Ara l-programmi għall-organizzazzjonijiet

F'PAJJIŻEK

Skopri l-programmi taż-żgħażagħ f'pajjiżek u żomm ruħek aġġornat bl-aħbarijiet, l-informazzjoni, l-avvenimenti u l-inizjattivi dwar kwistjonijiet relatati mal-UE fil-qrib.

Żur l-Uffiċċju ta' Kollegament Ewropew f'pajjiżek

FINANZJAMENT

Il-Parlament Ewropew joffri għażla wiesgħa ta' pakketti finanzjarji biex kulħadd ikun jista' jieħu sehem fl-avvenimenti tagħna. Iċċekkja r-rekwiżiti u ibda ppjana l-avventura Ewropea tiegħek li jmiss bl-għajnuna tal-Parlament!

Żur il-paġna tal-finanzjament
logo together

Ingħaqad mal-komunità! / Iċċekkja l-avvenimenti

Nies bħalek qed jinvolvu ruħhom biex jieħdu azzjoni għal futur aħjar. Jew billi tinvolvi ruħek fil-proċess politiku jew billi tgħin fil-promozzjoni tal-importanza tal-votazzjoni, ingħaqad mal-komunità. Ipparteċipa, ingħaqad, organizza. Semma' leħnek dwar l-Ewropa