Rebbieħa 2024
Rebbieħa Ewropej
L-ewwel premju ta’ EUR 7,500 ingħata lil “Sisterhood Pathways” mil-Litwanja. Dan il-proġett għandu l-għan li jiġġieled il-vjolenza kontra n-nisa fl-Istati Baltiċi permezz ta’ arti, intervisti, workshops lokali, avvenimenti internazzjonali u kampanja fuq il-midja soċjali. B’hekk titqajjem kuxjenza, jinstemgħu l-vittmi u l-ispeċjalisti, jiġu ffaċilitati l-inklużjoni soċjali u l-parteċipazzjoni tal-komunità. Dan kollu jwassal biex jinxterdu l-għarfien u l-istrateġiji għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa kullimkien.
It-tieni premju ta’ EUR 5,000 ingħata lil “Penser, agir et plaider ensemble pour ne laisser aucun.e jeune de côté” minn Franza. Din l-inizjattiva trawwem is-solidarjetà fost iż-żgħażagħ madwar l-Ewropa li jiffaċċjaw il-faqar u l-esklużjoni. Tippermettilhom ukoll li jesprimu t-tħassib tagħhom u jippromwovu l-bidla. Il-proġett jegħleb l-ostakli lingwistiċi u ġeografiċi u jindirizza kwistjonijiet bħall-fastidju, id-diskriminazzjoni, l-iżolament, il-qgħad u l-ostakli edukattivi. L-inizjattiva tibbaża fuq l-esperjenzi taż-żgħażagħ stess biex jiġu identifikati l-isfidi komuni fosthom.
- Is-sit web ta’ “Penser, agir et plaider ensemble pour ne laisser aucun.e jeune de côté”
- Il-paġna Facebook ta’ “Penser, agir et plaider ensemble pour ne laisser aucun.e jeune de côté”
It-tielet premju ta’ EUR 2,500 ingħata lil “Europe Magazine” mill-Ġermanja. Dan huwa kont Instagram li jivviżwalizza l-kwistjonijiet soċjali kumplessi tal-Ewropa permezz ta’ mapep, infografika u statistika. “Europe Magazine” juża l-ġurnaliżmu viżiv biex iwassal informazzjoni dwar il-politika, il-kultura, l-ambjent u s-soċjetà b’mod sempliċi u aċċessibbli.
Rebbieħa nazzjonali
- AWSTRIJA - Europe on Track
- ĊIPRU - Ιnternational Youth Exchange “yEUth”
- ESTONJA - Samm Korraga
- FRANZA - Penser, agir et plaider ensemble pour ne laisser aucun.e jeune de côté
- ID-DANIMARKA - Flowers Also Cry
- IL-BELĠJU - Youth Visions for a New Economy in Europe
- IL-BULGARIJA - Urban Spaces Design Build Academy Sofia / Berlin
- IL-FINLANDJA - Jyväskylä 2024 – the EYP Finland’s 30th National Session
- IL-ĠERMANJA - Europe Magazine
- IL-GREĊJA - EUth Voices for Social Change
- IL-LATVJA - Izproti, iesaisties, lem! (Understand, get involved, decide!)
- IL-LITWANJA - Sisterhood Pathways
- IL-LUSSEMBURGU - Belval 2023 - 10th National Selection Conference of EYP Luxembourg.
- IL-POLONJA - I feel TRAIN to Europe
- IL-PORTUGALL - Luxembourg Square - On Tour
- IR-RUMANJA - Parlamentul Rural al Tinerilor (Rural Youth Parliament)
- IS-SLOVAKKJA - DEMDIS
- KROAZJA - 33rd National Selection Conference of EYP Croatia
- L-IRLANDA - The Eurobug Spectrum Chat Podcast
- L-ISVEZJA - Bridges of harmony - an ode to the United Europe
- L-ITALJA - EUROPEASY - conoscere l'UE
- L-OLANDA - Our Rule of Law Academy
- L-UNGERIJA - Youth Plastic Cup
- MALTA - Rural Revolt: Art-Activism for Non-Urban Voices
- REPUBBLIKA ĊEKA - Zvol si info (Choose your info)
- SLOVENJA - Razlike nas povezujejo - projekt dveh Goric (Differences unite us – the projects of two Gorica towns)
- SPANJA - Forum on the Future of the EU
Rebbieħa 2023
L-ewwel premju ta’ EUR 7,500 ingħata għall-“AILEM” mill-Belġju — l-ewwel applikazzjoni lingwistika li qatt saret imfassla għar-refuġjati u l-applikanti għall-ażil u żviluppata f’konsultazzjoni magħhom. Hija tuża l-lingwa biex tkisser in-nuqqas ta’ ftehim interkulturali u d-distakki bejn ir-refuġjati u l-pajjiż ospitanti tagħhom u tinkludi frażijiet utli, stejjer u logħob tat-tagħlim tal-lingwi, kif ukoll modi ta’ konnessjoni ma’ utenti oħra. Il-proġett għandu l-għan li jlaqqa’ flimkien persuni minn sfondi, esperjenzi u status soċjali differenti.
Żewġ proġetti saru t-tieni post konġunt: “Mużew Mobbli tal-Klima” mil-Litwanja u “Il-Korrispondent Ewropew” mill-Pajjiżi l-Baxxi.
Il-“Mużew Mobbli tal-Klima” (Mobili Klimato muziejaus paroda) twaqqaf f’Mejju 2022 bil-għan li jġiegħel lin-nies jadottaw stil ta’ ħajja li ma jagħmilx ħsara lill-klima. Dan jikkonsisti f’erba’ kontenituri mobbli tal-baħar li jirrappreżentaw erba’ temi: It-tibdil fil-klima — il-kawżi u l-impatt, Il-Patt Ekoloġiku tal-UE, Biedja sostenibbli u ikel tajjeb għas-saħħa, Suġġerimenti prattiċi dwar it-tnaqqis tal-konsum.
“Il-Korrispondent Ewropew”, imwaqqaf fl-2022, ilaqqa’ flimkien aktar minn 140 ġurnalist żagħżugħ minn madwar l-Ewropa bil-għan li jinħoloq ġurnaliżmu Ewropew. Huma jibagħtu email b’newsletter ta’ kuljum, li tkopri reġjun differenti kuljum, bl-aħbarijiet Ewropej l-aktar rilevanti. Jinvestigaw ukoll kif kwistjonijiet kbar jiżvolġu f’pajjiżi Ewropej differenti.
Sommarji tal-proġetti tar-rebbieħa nazzjonali tal-2023 (EN)Rebbieħa 2022
L-ewwel post intrebaħ mill-proġett mill-Portugal "Orquestra Sem Fronteiras" [MT: Orkestra Mingħajr Fruntieri], li jippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-Portugall u Spanja, permezz tal-mużika ta' talenti żgħażagħ li jgħixu fiż-żewġ pajjiżi, bil-għan li jittaffew l-inugwaljanzi soċjali u kulturali.
It-tieni post intrebaħ mill-proġett miċ-Ċekja "Politika (nejen) pro Mladé" [MT: Il-Politika (Mhijiex Biss) għaż-Żgħażagħ], li jlaqqa' flimkien politiċi żgħażagħ mill-ispettru politiku kollu biex jiddibattu l-politika, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jistinkaw għal soċjetà ċivili żagħżugħa infurmata u attiva.
It-tielet post intrebaħ mill-proġett Ġermaniż "Ukrainian Vibes - European Public Sphere" (Sensazzjonijiet Ukreni - L-Isfera Pubblika Ewropea), organizzat permezz ta' Democracy International. Il-proġett, li dam għaddej minn April sa Ottubru 2021, laqqa' flimkien nies minn 36 pajjiż għal diskussjonijiet virtwali dwar id-demokrazija, l-iżvilupp u l-integrazzjoni Ewropea, b'enfasi fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukrajna. Huma ppubblikaw uħud mill-proposti ġġenerati fuq il-pjattaforma tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.
Sommarji tal-proġetti tar-rebbieħa nazzjonali tal-2022 (EN)Rebbieħa 2021
Fl-2021 l-ewwel post intrebaħ mill-proġett miċ-Ċekja "Fakescape" li juża l-logħob biex jgħallem liż-żgħażagħ kif jaħsbu b'mod kritiku u jagħrfu l-aħbarijiet foloz.
Fit-tieni post kien hemm "Generation Z" (Ġenerazzjoni Ż), proġett mir-Rumanija li laqqa' liż-żgħażagħ flimkien ma' akkademiċi u personalitajiet biex jinkoraġġixxu l-kurżità, il-ħsieb kritiku u l-libertà tal-kelma, kif ukoll id-djalogu interġenerazzjonali.
"EuroInclusion" minn Spanja rebaħ it-tielet post. Huwa programm ta' skambju għaż-żgħażagħ Ewropej, li għandu l-għan li jikseb integrazzjoni sħiħa mil-lat soċjali, kulturali u politiku taċ-ċittadini b'diżabilità f'Ewropa ħielsa, diversa u magħquda.
Rebbieħa 2020
Il-proġett Ġermaniż "European Archive of Voices" (Arkivju Ewropew ta' Vuċijiet) jiġbor testimonjanzi orali tal-istorja minn persuni li twieldu qabel l-1945.
It-tieni post mar għall-proġett Franċiż "Moving towards a European Civic Service" (Mixja lejn Servizz Ċiviku Ewropew), assoċjazzjoni li tgħin liż-żgħażagħ Ewropej jagħmlu volontarjat f’pajjiżhom u f’pajjiżi oħra bil-għan li jiġu indirizzati sfidi soċjetali ewlenin bħall-ambjent.
Fit-tielet post ġiet Madeleina Kay (ir-Renju Unit), magħrufa bħala #EUsupergirl, bl-inizjattiva "The Future is Europe" (Il-Futur huwa l-Ewropa).
Rebbieħa preċedenti tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ (disponibbli bl-24 lingwa fuq talba)