DWAR EUROSCOLA

Il-programm Euroscola jlaqqa’ flimkien fi Strażburgu studenti bejn l-età ta’ mill-inqas 14-il sena mis-27 Stat Membru tal-UE, mill-pajjiżi applikanti u minn dawk li kienu Stati Membri biex jiddibattu, jieħdu pożizzjoni, jinnegozjaw, jemendaw, jivvutaw u finalment jadottaw riżoluzzjonijiet dwar kwistjonijiet Ewropej reali. L-istudenti jingħataw l-opportunità li jiffamiljarizzaw ruħhom mal-ħidma tal-istituzzjonijiet Ewropej, jiddiskutu dwar id-demokrazija, id-drittijiet fundamentali, il-valuri Ewropej u jesprimu l-opinjonijiet personali tagħhom dwar id-deċiżjonijiet meħuda fil-livell tal-Unjoni Ewropea.

L-istudenti jeħtiġilhom ikunu akkumpanjati minn għalliem jew edukatur.

Euroscola online

Il-Parlament Ewropew waqqaf il-proġett Euroscola fl-1990, u b’hekk ippermetta lil mijiet ta’ eluf ta’ studenti tal-iskola sekondarja jipparteċipaw f'eżerċizzju ta’ simulazzjoni tal-ħidma tal-Membri tal-PE.

Żgħażagħ jiltaqgħu għal ritratt fl-Emiċiklu tal-bini tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu.

Euroscola issa għandu edizzjoni reġjonali!

Il-Parlament Ewropew u ż-żewġ reġjuni transfruntieri ta’ Alsace (Franza) u Baden-Württemberg (il-Ġermanja) iffirmaw ftehim fil-21 ta’ Jannar 2021 biex iwaqqfu Euroscola reġjonali. L-għan huwa li jinħoloq programm ta’ skambju transfruntier bejn iż-żewġ reġjuni u li jiġu promossi l-integrazzjoni Ewropea u l-għarfien interkulturali.

L-Euroscola Reġjonali Franko-Ġermaniża sar fl-1 ta’ Ġunju 2022 u fl-10 ta’ Marzu 2023. L-Euroscola Reġjonali se jiġi ripetut fuq bażi annwali.