ORGANIZZAZZJONIJIET
L-organizzazzjoni taż-żgħażagħ tiegħek qed tfittex l-opportunità kbira li jmiss? Skopri kif jista' jgħin il-Parlament Ewropew! Ingħaqad ma' organizzazzjonijiet oħra mill-Ewropa kollha, tgħallmu minn xulxin u sib l-opportunitajiet biex l-ideat tiegħek isiru realtà.

YOUTH NETWORK EVENT
Inti parti minn organizzazzjoni taż-żgħażagħ li trid tibdel l-Ewropa għall-aħjar? Ejjew ningħaqdu flimkien biex nikkollegaw, naqsmu l-ideat u nsawru l-mod kif il-Parlament Ewropew jaħdem maż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ bħal tiegħek.

PREMJU KARLU MANJU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ EWROPEJ
Taf lil persuna żagħżugħa li qed taħdem fuq proġett li jgħin fit-tiswir tal-Ewropa? Il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej jippremja proġetti eċċellenti mmexxija miż-żgħażagħ, filwaqt li jirrikonoxxi u jippremja l-ħidma tagħhom fit-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea.

Taħditiet Online taż-Żgħażagħ

LOGĦBA TAR-RWOLI
Esperjenza r-rwol ta' Membru tal-Parlament Ewropew! L-istudenti tal-iskola sekondarja huma mistiedna jżuru Brussell u jitgħallmu kif isiru l-liġijiet Ewropej waqt li jinnegozjaw leġiżlazzjoni ġdida għall-Unjoni Ewropea.

IMPJIEGI
Tixtieq tmur pass ieħor 'il quddiem u taħdem għall-Parlament Ewropew fuq bażi ta' kuntratt b'terminu fiss? Ħares lejn il-proċedura tal-għażla organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) biex tiskopri aktar.

FINANZJAMENT
Il-Parlament Ewropew joffri għażla wiesgħa ta' pakketti finanzjarji biex kulħadd ikun jista' jieħu sehem fl-avvenimenti tagħna. Iċċekkja r-rekwiżiti u ibda ppjana l-avventura Ewropea tiegħek li jmiss bl-għajnuna tal-Parlament!

AKTAR OPPORTUNITAJIET TAL-UE GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Qatt smajt dwar Erasmus+, il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jew il-programm DiscoverEU? Żur il-Portal taż-Żgħażagħ, inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, biex issir taf aktar dwar opportunitajiet għaż-żgħażagħ offruti minn istituzzjonijiet oħra tal-UE!

ŻUR IL-PARLAMENT EWROPEW
Il-Parlament Ewropew huwa dar kulħadd. Jekk tiġi Brussell, Strażburgu jew il-Lussemburgu, żur uħud mill-aktar postijiet emblematiċi bħall-Emiċiklu, Dar l-Istorja Ewropea jew il-Parlamentarium.

Iż-żgħażagħ u l-UE - Stħarriġ
Skopri x'jaħsbu ż-żgħażagħ Ewropej dwar l-UE

Vjaġġ Diġitali fil-Parlament Ewropew
Skopri l-Parlament Ewropew fi 360°, iltaqa’ mal-Membri tal-Parlament Ewropew għal ġurnata u għix l-avventura tiegħek fl-istorja Ewropea. Tinsab fejn tinsab. Kull meta trid. Ibda llum!
Local EYEs
L-EYE (Avvenimenti Ewropej taż-Żgħażagħ) lokali jqarrbu lill-Ewropa lejn iż-żgħażagħ u jġibu l-esperjenza tal-EYE fil-belt jew raħal tiegħek. Int organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili jew organizzazzjoni taż-żgħażagħ? Applika biex torganizza l-avveniment li jmiss taż-żgħażagħ Ewropej!