ŻGĦAŻAGĦ
Għandek bejn 16 u 30 sena? Tixtieq issir taf aktar dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew, tiltaqa' ma' żgħażagħ oħra u ssemma' leħnek fid-dibattitu politiku? Ingħaqad, ipparteċipa u skopri futur sħiħ ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ.

PROGRAMM SKOLA AMBAXXATRIĊI
Jekk int student fi skola sekondarja jew vokazzjonali li tixtieq titgħallem aktar dwar l-Unjoni Ewropea, l-iskola tiegħek tista' tapplika biex tipparteċipa f'dan il-programm, tibda torganizza attivitajiet tal-UE fl-iskola tiegħek u ssir Skola Ambaxxatriċi tal-Parlament Ewropew.

Taħditiet Online taż-Żgħażagħ

EYE ONLINE
EYE Online joffrilek opportunità unika biex b'mod virtwali tiltaqa' ma' żgħażagħ Ewropej u taqsam l-opinjonijiet tiegħek ma' esperti, ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, ma' attivisti u influwenzaturi.

LOGĦBA TAR-RWOLI
X'jagħmlu l-istudenti tiegħek li kieku kienu Membri tal-Parlament Ewropew għal jum wieħed? L-istudenti tal-iskejjel sekondarji jistgħu jżuru Brussell u Strażburgu u jieħdu kors dwar kif isiru l-liġijiet Ewropej.

YOUTHIDEAS.EU
Għandek viżjoni għall-futur tal-Ewropa? Fuq din il-pjattaforma tista' tispjega l-ideat tiegħek stess dwar kif nistgħu nindirizzaw il-kwistjonijiet fl-Ewropa llum u kif għandna nħejju għall-isfidi tal-Ewropa ta' għada.

FLIMKIEN.EU
Nies bħalek qed jinvolvu ruħhom biex jieħdu azzjoni għal futur aħjar. Jew billi tinvolvi ruħek fil-proċess politiku jew billi tgħin fil-promozzjoni tal-importanza tal-votazzjoni, ingħaqad mal-komunità. Semma' leħnek dwar l-Ewropa

EYE (AVVENIMENT EWROPEW TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ)
Involvi ruħek fil-EYE u ngħaqad ma' eluf ta' żgħażagħ oħra minn madwar l-Ewropa. Ingħaqad, ispira ruħek u skambja l-fehmiet tiegħek ma' attivisti, influwenzaturi u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Narawk hemm!

PREMJU KARLU MANJU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ EWROPEJ
Qed taħdem fuq proġett li jgħin fit-tiswir tal-Ewropa? Mela tista' tkun ir-rebbieħ li jmiss tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej! Applika, ingħaqad ma' żgħażagħ oħra li jagħmlu l-bidla u irbaħ sa EUR 7,500 għall-proġett tiegħek!

LOGĦBA TAR-RWOLI
Poġġi lilek innifsek fiż-żarbun ta' Membru tal-PE permezz ta' logħba interattiva! Tgħallem dwar il-Parlament Ewropew u esperjenza kif għandu jirrappreżenta liċ-ċittadini Ewropej u jibdel il-voti f'politiki.

IMPJIEGI
Tixtieq tmur pass ieħor 'il quddiem u taħdem għall-Parlament Ewropew fuq bażi ta' kuntratt b'terminu fiss? Agħti ħarsa lejn il-proċedura tal-għażla normalment organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

FINANZJAMENT
Il-Parlament Ewropew joffri għażla wiesgħa ta' pakketti finanzjarji biex kulħadd ikun jista' jieħu sehem fl-avvenimenti tagħna. Iċċekkja r-rekwiżiti u ibda ppjana l-avventura Ewropea tiegħek li jmiss bl-għajnuna tal-Parlament!

ŻUR IL-PARLAMENT EWROPEW
Il-Parlament Ewropew huwa dar kulħadd. Jekk tiġi Brussell, Strażburgu jew il-Lussemburgu, żur uħud mill-aktar postijiet emblematiċi bħall-Emiċiklu, Dar l-Istorja Ewropea jew il-Parlamentarium. U hemm aktar!

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-POLITIKA - STĦARRIĠ
Skopri x'jaħsbu ż-żgħażagħ Ewropej dwar il-politika Ewropea u r-rwol tagħhom fiha!

AKTAR OPPORTUNITAJIET TAL-UE GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Qatt smajt dwar Erasmus+ jew il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà? Tixtieq tiskopri aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ offruti minn istituzzjonijiet oħra tal-UE? Żur il-Portal taż-Żgħażagħ, inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, biex issir taf aktar.

TRAINEESHIPS
Qed tistinka biex tikseb esperjenza ta' xogħol f'waħda mill-istituzzjonijiet Ewropej? Il-Parlament Ewropew joffri żewġ tipi ta' traineeships: Traineeships fis-Segretarjat (traineeships Schuman) u Traineeships mal-Membri tal-Parlament Ewropew.

ŻJARAT TA' STUDJU
Tixtieq ittejjeb l-għarfien tiegħek dwar l-integrazzjoni Ewropea permezz ta' żjara ta' studju fil-Parlament Ewropew? Issieħeb ma' xi żjara ta' studju fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew jew ma' xi żjara ta' studju mal-Membri tal-Parlament Ewropew.
Local EYEs
L-EYE (Avvenimenti Ewropej taż-Żgħażagħ) lokali jqarrbu lill-Ewropa lejn iż-żgħażagħ u jġibu l-esperjenza tal-EYE fil-belt jew raħal tiegħek. Involvi ruħek fid-demokrazija Ewropea, iltaqa’ ma’ Ewropej żgħażagħ oħra u semma’ leħnek! Skopri meta u fejn se jseħħu l-edizzjonijiet li jmiss.

Vjaġġ Diġitali fil-Parlament Ewropew
Skopri l-Parlament Ewropew fi 360°, iltaqa’ mal-Membri tal-Parlament Ewropew għal ġurnata u għix l-avventura tiegħek fl-istorja Ewropea. Tinsab fejn tinsab. Kull meta trid. Ibda llum!