ECYP2025

L-applikazzjonijiet għall-ECYP2025 se jiftħu fit-9 ta’ Jannar.

Dwar il-Premju

Il-Premju jitmexxa b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Fondazzjoni tal-Premju Internazzjonali Karlu Manju ta' Aachen li jenfasizza proġetti miż-żgħażagħ biex tissaħħaħ id-demokrazija u li jappoġġaw il-parteċipazzjoni attiva.
Aqra aktar dwar il-premju

Kif tista' tapplika?

Int residenti fl-UE, għandek bejn 16 u 30 sena u qed taħdem fuq proġett li jgħin biex ibiddel l-Ewropa? Tista' tkun ir-rebbieħ tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej! Applika bil-proġett tiegħek, irċievi sa €7,500 u l-għajnuna li teħtieġ biex tkompli tiżviluppa l-inizjattiva tiegħek.
Skopri kif għandek tapplika

Rebbieħa preċedenti tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ

Il-Premju ilu jappoġġa proġetti li jispiraw u li huma mmexxija miż-żgħażagħ minn madwar l-UE kollha. Kull sena ġuriji nazzjonali u Ewropej jagħżlu 27 proġett nazzjonali minn kull Stat Membru u 3 rebbieħa Ewropej jiġu mistiedna għaċ-ċerimonja tal-premjazzjoni f'Aachen.
Skopri r-rebbieħa preċedenti tal-premju

Mistoqsijiet frekwenti dwar il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ

Il-"Mistoqsijiet frekwenti" jgħinuk issib tweġibiet għal kwalunkwe mistoqsija li jista' jkollok dwar il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej u l-proċedura ta' applikazzjoni tiegħu.
Agħti ħarsa lejn il-mistoqsijiet frekwenti