ORGANIZZAZZJONIJIET

L-organizzazzjoni taż-żgħażagħ tiegħek qed tfittex l-opportunità kbira li jmiss? Skopri kif jista' jgħin il-Parlament Ewropew! Ingħaqad ma' organizzazzjonijiet oħra mill-Ewropa kollha, tgħallmu minn xulxin u sib l-opportunitajiet biex l-ideat tiegħek isiru realtà.

Filtri
Filtri
Grupp ta' żgħażagħ matul l-Youth Network Event fi Brussell

YOUTH NETWORK EVENT

Età fil-mira Minimum 18 years Post Fuq il-post Lingwa/i EN Pro?ett iffinanzjat Finanzjament

Inti parti minn organizzazzjoni taż-żgħażagħ li trid tibdel l-Ewropa għall-aħjar? Ejjew ningħaqdu flimkien biex nikkollegaw, naqsmu l-ideat u nsawru l-mod kif il-Parlament Ewropew jaħdem maż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ bħal tiegħek.

Ħu sehem fl-Avveniment tan-Network taż-Żgħażagħ
European Youth Event 2014 in Strasbourg - Yo!Fest - EYE

EYE (AVVENIMENT EWROPEW TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ)

Età fil-mira From 16 - To 30 years Post Fuq il-post Lingwa/i DE, EN, ES, FR, IT, PL Pro?ett iffinanzjat Finanzjament

L-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ huma l-qalba tal-EYE! Ingħaqad magħna biex toħloq b'mod konġunt il-programm ta' dan l-avveniment uniku għaż-żgħażagħ li jsir kull sena fil-Parlament Ewropew fi Strażburgu u li għalih jattendu eluf ta' żgħażagħ mill-Ewropa kollha.

Ħu sehem fl-EYE

PREMJU KARLU MANJU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ EWROPEJ

Età fil-mira From 16 - To 30 years Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha Pro?ett iffinanzjat Finanzjament

Taf lil persuna żagħżugħa li qed taħdem fuq proġett li jgħin fit-tiswir tal-Ewropa? Il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej jippremja proġetti eċċellenti mmexxija miż-żgħażagħ, filwaqt li jirrikonoxxi u jippremja l-ħidma tagħhom fit-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea.

Applika!

Taħditiet Online taż-Żgħażagħ

Età fil-mira From 16 - To 26 years Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha
Ingħaqad mal-grupp tiegħek minn kull fejn tkun u jkollok il-mistoqsijiet kollha tiegħek imwieġba dwar il-Parlament Ewropew.
Ħu sehem fit-Taħditiet Online taż-Żgħażagħ

LOGĦBA TAR-RWOLI

Età fil-mira From 14 - To 18 years Post Fuq il-post Lingwa/i Il-lingwi kollha

Esperjenza r-rwol ta' Membru tal-Parlament Ewropew! L-istudenti tal-iskola sekondarja huma mistiedna jżuru Brussell u jitgħallmu kif isiru l-liġijiet Ewropej waqt li jinnegozjaw leġiżlazzjoni ġdida għall-Unjoni Ewropea.

Ħu sehem fil-Logħba tar-Rwoli

IMPJIEGI

Età fil-mira Minimum 22 years Post Online Lingwa/i DE, EN, FR

Tixtieq tmur pass ieħor 'il quddiem u taħdem għall-Parlament Ewropew fuq bażi ta' kuntratt b'terminu fiss? Ħares lejn il-proċedura tal-għażla organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) biex tiskopri aktar.

Skopri kif tikkwalifika għal impjieg fil-Parlament Ewropew!
Xbieha żgħira ta' persuna bilqiegħda f'munzell ta' euro

FINANZJAMENT

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Il-Parlament Ewropew joffri għażla wiesgħa ta' pakketti finanzjarji biex kulħadd ikun jista' jieħu sehem fl-avvenimenti tagħna. Iċċekkja r-rekwiżiti u ibda ppjana l-avventura Ewropea tiegħek li jmiss bl-għajnuna tal-Parlament!

Aqra aktar dwar il-finanzjament

AKTAR OPPORTUNITAJIET TAL-UE GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Età fil-mira From 16 - To 30 years Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Qatt smajt dwar Erasmus+, il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jew il-programm DiscoverEU? Żur il-Portal taż-Żgħażagħ, inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, biex issir taf aktar dwar opportunitajiet għaż-żgħażagħ offruti minn istituzzjonijiet oħra tal-UE!

Skopri aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ fl-Ewropa u lil hinn minnha hawnhekk

ŻUR IL-PARLAMENT EWROPEW

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Fuq il-post Lingwa/i Il-lingwi kollha

Il-Parlament Ewropew huwa dar kulħadd. Jekk tiġi Brussell, Strażburgu jew il-Lussemburgu, żur uħud mill-aktar postijiet emblematiċi bħall-Emiċiklu, Dar l-Istorja Ewropea jew il-Parlamentarium.

Żur il-Parlament Ewropew

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-POLITIKA - STĦARRIĠ

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i EN

Skopri x'jaħsbu ż-żgħażagħ Ewropej dwar il-politika Ewropea u r-rwol tagħhom fiha!

Tgħallem aktar dwar l-istħarriġ taż-żgħażagħ

Local EYEs

Età fil-mira From 16 - To 30 years Post Fuq il-post Lingwa/i Il-lingwi kollha Pro?ett iffinanzjat Finanzjament

L-EYE (Avvenimenti Ewropej taż-Żgħażagħ) lokali jqarrbu lill-Ewropa lejn iż-żgħażagħ u jġibu l-esperjenza tal-EYE fil-belt jew raħal tiegħek. Int organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili jew organizzazzjoni taż-żgħażagħ? Applika biex torganizza l-avveniment li jmiss taż-żgħażagħ Ewropej!

Ħu sehem fl-EYE lokali

Vjaġġ Diġitali fil-Parlament Ewropew

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Skopri l-Parlament Ewropew fi 360°, iltaqa’ mal-Membri tal-Parlament Ewropew għal ġurnata u għix l-avventura tiegħek fl-istorja Ewropea. Tinsab fejn tinsab. Kull meta trid. Ibda llum!

Aqra aktar dwar il-Vjaġġ Diġitali fil-Parlament Ewropew