ŻGĦAŻAGĦ

Għandek bejn 16 u 30 sena? Tixtieq issir taf aktar dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew, tiltaqa' ma' żgħażagħ oħra u ssemma' leħnek fid-dibattitu politiku? Ingħaqad, ipparteċipa u skopri futur sħiħ ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ.

Filtri
Filtri

PROGRAMM SKOLA AMBAXXATRIĊI

Età fil-mira From 14 - To 18 years Post Fuq il-post Lingwa/i Il-lingwi kollha

Jekk int student fi skola sekondarja jew vokazzjonali li tixtieq titgħallem aktar dwar l-Unjoni Ewropea, l-iskola tiegħek tista' tapplika biex tipparteċipa f'dan il-programm, tibda torganizza attivitajiet tal-UE fl-iskola tiegħek u ssir Skola Ambaxxatriċi tal-Parlament Ewropew.

Ħu sehem fl-EPAS

PREMJU KARLU MANJU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ EWROPEJ

Età fil-mira From 16 - To 30 years Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha Proġett iffinanzjat Finanzjament

Qed taħdem fuq proġett li jgħin fit-tiswir tal-Ewropa? Mela tista' tkun ir-rebbieħ li jmiss tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej! Applika, ingħaqad ma' żgħażagħ oħra li jagħmlu l-bidla u irbaħ sa EUR 7,500 għall-proġett tiegħek!

Ara hawn kif tapplika!
Young businesswoman standing with phone near the Parliament building of European Union in Brussel city

TRAINEESHIPS

Età fil-mira Minimum 18 years Post Fuq il-post Lingwa/i Il-lingwi kollha

Qed tistinka biex tikseb esperjenza ta' xogħol f'waħda mill-istituzzjonijiet Ewropej? Il-Parlament Ewropew joffri żewġ tipi ta' traineeships: Traineeships fis-Segretarjat (traineeships Schuman) u Traineeships mal-Membri tal-Parlament Ewropew.

Applika! Applika!

LOGĦBA TAR-RWOLI

Età fil-mira From 14 - To 18 years Post Fuq il-post Lingwa/i Il-lingwi kollha

Poġġi lilek innifsek fiż-żarbun ta' Membru tal-PE permezz ta' logħba interattiva! Tgħallem dwar il-Parlament Ewropew u esperjenza kif għandu jirrappreżenta liċ-ċittadini Ewropej u jibdel il-voti f'politiki.

Ibbukkja l-esperjenza tal-logħba tar-rwoli tiegħek.

Taħditiet Online taż-Żgħażagħ

Età fil-mira From 16 - To 26 years Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha
Ingħaqad mal-grupp tiegħek minn kull fejn tkun u jkollok il-mistoqsijiet kollha tiegħek imwieġba dwar il-Parlament Ewropew.
Ħu sehem fit-Taħditiet Online taż-Żgħażagħ

EYE ONLINE

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i EN

EYE Online joffrilek opportunità unika biex b'mod virtwali tiltaqa' ma' żgħażagħ Ewropej u taqsam l-opinjonijiet tiegħek ma' esperti, ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, ma' attivisti u influwenzaturi.

Tgħallem aktar dwar l-EYE Online
European Youth Event 2018 - #EYE2018 - EYE Social Media Lab - Exhibition: #EYE2018 Instagram photo contest

YOUTHIDEAS.EU

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Għandek viżjoni għall-futur tal-Ewropa? Fuq din il-pjattaforma tista' tispjega l-ideat tiegħek stess dwar kif nistgħu nindirizzaw il-kwistjonijiet fl-Ewropa llum u kif għandna nħejju għall-isfidi tal-Ewropa ta' għada.

Skopri l-ideat kollha u aqsam l-ideat tiegħek

FLIMKIEN.EU

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Nies bħalek qed jinvolvu ruħhom biex jieħdu azzjoni għal futur aħjar. Jew billi tinvolvi ruħek fil-proċess politiku jew billi tgħin fil-promozzjoni tal-importanza tal-votazzjoni, ingħaqad mal-komunità. Semma' leħnek dwar l-Ewropa

Ingħaqad mal-komunità!
European Youth Event 2014 in Strasbourg - Yo!Fest - EYE

EYE (AVVENIMENT EWROPEW TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ)

Età fil-mira From 16 - To 30 years Post Fuq il-post Lingwa/i DE, EN, ES, FR, IT, PL Proġett iffinanzjat Finanzjament

Involvi ruħek fil-EYE u ngħaqad ma' eluf ta' żgħażagħ oħra minn madwar l-Ewropa. Ingħaqad, ispira ruħek u skambja l-fehmiet tiegħek ma' attivisti, influwenzaturi u dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet. Narawk hemm!

Ħu sehem fl-EYE

IMPJIEGI

Età fil-mira Minimum 22 years Post Fuq il-post Lingwa/i Il-lingwi kollha

Tixtieq tmur pass ieħor 'il quddiem u taħdem għall-Parlament Ewropew fuq bażi ta' kuntratt b'terminu fiss? Agħti ħarsa lejn il-proċedura tal-għażla normalment organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Skopri kif tikkwalifika għal impjieg fil-Parlament Ewropew!
Xbieha żgħira ta' persuna bilqiegħda f'munzell ta' euro

FINANZJAMENT

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Il-Parlament Ewropew joffri għażla wiesgħa ta' pakketti finanzjarji biex kulħadd ikun jista' jieħu sehem fl-avvenimenti tagħna. Iċċekkja r-rekwiżiti u ibda ppjana l-avventura Ewropea tiegħek li jmiss bl-għajnuna tal-Parlament!

Skopri liema mill-programmi taż-żgħażagħ tal-Parlament joffru appoġġ finanzjarju!

ŻUR IL-PARLAMENT EWROPEW

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Fuq il-post Lingwa/i Il-lingwi kollha

Il-Parlament Ewropew huwa dar kulħadd. Jekk tiġi Brussell, Strażburgu jew il-Lussemburgu, żur uħud mill-aktar postijiet emblematiċi bħall-Emiċiklu, Dar l-Istorja Ewropea jew il-Parlamentarium. U hemm aktar!

Żur il-Parlament Ewropew

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-POLITIKA - STĦARRIĠ

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i EN

Skopri x'jaħsbu ż-żgħażagħ Ewropej dwar il-politika Ewropea u r-rwol tagħhom fiha!

Tgħallem aktar dwar l-istħarriġ taż-żgħażagħ

AKTAR OPPORTUNITAJIET TAL-UE GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Età fil-mira From 16 - To 30 years Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Qatt smajt dwar Erasmus+ jew il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà? Tixtieq tiskopri aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ offruti minn istituzzjonijiet oħra tal-UE? Żur il-Portal taż-Żgħażagħ, inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, biex issir taf aktar.

Skopri aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ fl-Ewropa u lil hinn minnha hawnhekk

ŻJARAT TA' STUDJU

Età fil-mira Minimum 18 years Post Fuq il-post Lingwa/i Il-lingwi kollha

Tixtieq ittejjeb l-għarfien tiegħek dwar l-integrazzjoni Ewropea permezz ta' żjara ta' studju fil-Parlament Ewropew? Issieħeb ma' xi żjara ta' studju fis-Segretarjat tal-Parlament Ewropew jew ma' xi żjara ta' studju mal-Membri tal-Parlament Ewropew.

Aqra aktar dwar iż-żjarat ta’ studju

Local EYEs

Età fil-mira From 16 - To 30 years Post Fuq il-post Lingwa/i Il-lingwi kollha Proġett iffinanzjat Finanzjament

L-EYE (Avvenimenti Ewropej taż-Żgħażagħ) lokali jqarrbu lill-Ewropa lejn iż-żgħażagħ u jġibu l-esperjenza tal-EYE fil-belt jew raħal tiegħek. Involvi ruħek fid-demokrazija Ewropea, iltaqa’ ma’ Ewropej żgħażagħ oħra u semma’ leħnek! Skopri meta u fejn se jseħħu l-edizzjonijiet li jmiss.

Ħu sehem fl-EYE lokali

Vjaġġ Diġitali fil-Parlament Ewropew

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Skopri l-Parlament Ewropew fi 360°, iltaqa’ mal-Membri tal-Parlament Ewropew għal ġurnata u għix l-avventura tiegħek fl-istorja Ewropea. Tinsab fejn tinsab. Kull meta trid. Ibda llum!

Aqra aktar dwar il-Vjaġġ Diġitali fil-Parlament Ewropew