ŻGĦAŻAGĦ

Għandek bejn 16 u 30 sena? Tixtieq issir taf aktar dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew, tiltaqa' ma' żgħażagħ oħra u ssemma' leħnek fid-dibattitu politiku? Ingħaqad, ipparteċipa u skopri futur sħiħ ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ.

Filtri
Filters Youth
Riżultati misjuba:4

PREMJU KARLU MANJU GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ EWROPEJ

Età fil-mira Minn 16 - Sa 30 snin Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha Pro?ett iffinanzjat Finanzjament

Inti tgħix fl-UE, għandek bejn is-16 u t-30 sena, u qed taħdem fuq proġett immexxi miż-żgħażagħ li jrawwem id-demokrazija, jippromwovi ċ-ċittadinanza attiva u jlaqqa’ l-komunitajiet flimkien? Mela tista’ tirbaħ il-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ Ewropej li jmiss! Applika għall-premju!

Applika!

IMPJIEGI

Età fil-mira Minimu 22 snin Post Fuq il-post Lingwa/i Il-lingwi kollha

Tixtieq tmur pass ieħor 'il quddiem u taħdem għall-Parlament Ewropew fuq bażi ta' kuntratt b'terminu fiss? Agħti ħarsa lejn il-proċedura tal-għażla normalment organizzata mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO).

Skopri kif tikkwalifika għal impjieg fil-Parlament Ewropew!
Xbieha żgħira ta' persuna bilqiegħda f'munzell ta' euro

FINANZJAMENT

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Il-Parlament Ewropew joffri għażla wiesgħa ta' pakketti finanzjarji biex kulħadd ikun jista' jieħu sehem fl-avvenimenti tagħna. Iċċekkja r-rekwiżiti u ibda ppjana l-avventura Ewropea tiegħek li jmiss bl-għajnuna tal-Parlament!

Skopri liema mill-programmi taż-żgħażagħ tal-Parlament joffru appoġġ finanzjarju!

AKTAR OPPORTUNITAJIET TAL-UE GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Età fil-mira Minn 16 - Sa 30 snin Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Qatt smajt dwar Erasmus+ jew il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà? Tixtieq tiskopri aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ offruti minn istituzzjonijiet oħra tal-UE? Żur il-Portal taż-Żgħażagħ, inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, biex issir taf aktar.

Skopri aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ fl-Ewropa u lil hinn minnha hawnhekk