EDUKATURI

Inti edukatur formali jew mhux formali? Qed tfittex attivitajiet, taħriġ u riżorsi ta' tagħlim biex tqarreb l-UE lejn l-istudenti tiegħek b'mod interattiv? Skopri l-programmi u l-opportunitajiet imfassla għalik u għall-istudenti tiegħek.

Filtri
Filtri

PROGRAMM SKOLA AMBAXXATRIĊI

Età fil-mira From 14 - To 18 years Lingwa/i Il-lingwi kollha

Daħħal id-demokrazija Ewropea direttament fil-klassi tiegħek b'materjal edukattiv interattiv, logħob, taħriġ u attivitajiet biex tgħin lill-istudenti tiegħek jitgħallmu aktar dwar l-Unjoni Ewropea u kif jinvolvu ruħhom mal-Parlament, il-Membri tiegħu u jipparteċipaw fid-demokrazija.

Agħmel l-iskola tiegħek hub involut u konness tad-demokrazija Ewropea llum, ikseb l-istatus ta' Skola Ambaxxatriċi u oħloq rabtiet fit-tul mal-Parlament u Skejjel Ambaxxaturi oħra madwar l-Ewropa.

Fuq il-post

MATERJALI U RIŻORSI EDUKATTIVI

Età fil-mira From 14 - To 30 years Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Skopri riżorsi ta' tagħlim interattiv biex jipprovdulek għodod biex tgħallem dwar l-Unjoni Ewropea b'mod pjaċevoli.

Tgħallem aktar

EUROSCOLA

Età fil-mira From 15 - To 18 years Post Fuq il-post Lingwa/i DE, EN, ES, FR, IT Proġett iffinanzjat Finanzjament

Dan l-avveniment jgħaqqad lil studenti tal-iskola sekondarja - u għalliema! - fi Strażburgu biex jiddiskutu kwistjonijiet importanti Ewropej bħalma jagħmlu l-Membri tal-Parlament Ewropew. Bħalissa, il-proġett jista' jitgawda kompletament online biss.

Tgħallem aktar dwar Euroscola u kif tista' tieħu sehem!

Seminars għaż-Żgħażagħ

Età fil-mira From 16 - To 26 years Post Fuq il-post Lingwa/i DE, EN, FR Proġett iffinanzjat Finanzjament
Tgħallem aktar dwar il-Parlament Ewropew, iddiskuti kwistjonijiet importanti ma' żgħażagħ Ewropej oħra u ppreżenta s-soluzzjonijiet tiegħek lil Membru tal-Parlament Ewropew. 
Itlob seminar!

LOGĦBA TAR-RWOLI

Età fil-mira From 15 - To 24 years Post Fuq il-post Lingwa/i Il-lingwi kollha

X'jagħmlu l-istudenti tiegħek li kieku kienu Membri tal-Parlament Ewropew għal jum wieħed? L-istudenti tal-iskejjel sekondarji jistgħu jżuru Brussell u Strażburgu u jieħdu kors dwar kif isiru l-liġijiet Ewropej.

Ibbukkja l-esperjenza tal-logħba tar-rwoli tiegħek.
European Youth Event 2018 - #EYE2018 - EYE Social Media Lab - Exhibition: #EYE2018 Instagram photo contest

YOUTHIDEAS.EU

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Għandek viżjoni għall-futur tal-Ewropa? Fuq din il-pjattaforma tista' tispjega l-ideat tiegħek stess dwar kif nistgħu nindirizzaw il-kwistjonijiet fl-Ewropa llum u kif għandna nħejju għall-isfidi tal-Ewropa ta' għada.

Aqsam l-idea tiegħek hawnhekk!

FLIMKIEN.EU

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Trid tagħmel kuntatt ma' edukaturi oħra u jkollok aċċess għal avvenimenti u opportunitajiet ta' taħriġ biex jgħinuk tqarreb l-Unjoni Ewropea lejn iż-żgħażagħ? Ingħaqad mal-komunità, semma' leħnek fil-futur tal-Unjoni Ewropea.

Ingħaqad mal-komunità!

Taħditiet Online taż-Żgħażagħ

Età fil-mira From 14 - To 18 years Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha
Ingħaqad mal-grupp tiegħek minn kull fejn tkun u jkollok il-mistoqsijiet kollha tiegħek imwieġba dwar il-Parlament Ewropew.
Skopri l-Parlament Ewropew online!
European Youth Event 2014 in Strasbourg - Yo!Fest - EYE

EYE (AVVENIMENT EWROPEW TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ)

Età fil-mira From 16 - To 30 years Post Fuq il-post Lingwa/i DE, EN, ES, FR, IT, PL Proġett iffinanzjat Finanzjament

Tixtieq tgawdi esperjenza unika mal-istudenti jew mat-tim taż-żgħażagħ tiegħek? Tkun interessat fl-organizzazzjoni ta' attività jew workshop? Ejja Strażburgu u ssieħeb fl-EYE. Titlifx is-sejħiet tal-EYE biex jgħinuk finanzjarjament.

Skopri aktar hawnhekk

EYE ONLINE

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i EN

Ipparteċipa fis-sessjonijiet online tal-EYE u ħeġġeġ lill-istudenti tiegħek jaqsmu l-ideat tagħhom dwar l-Ewropa ma' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, mal-attivisti, mal-influwenzaturi u ma' ċittadini żgħażagħ oħra bħalhom.

Ara s-sessjoni online li jmiss tal-EYE u involvi ruħek!

ŻUR IL-PARLAMENT EWROPEW

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Fuq il-post Lingwa/i Il-lingwi kollha

Il-Parlament Ewropew huwa dar kulħadd. Jekk tiġi Brussell, Strażburgu jew il-Lussemburgu, żur uħud mill-aktar postijiet emblematiċi bħall-Emiċiklu, Dar l-Istorja Ewropea jew il-Parlamentarium. U hemm aktar!

Skopri l-uffiċċju tal-viżitaturi tal-Parlament Ewropew
Children

Żur Dar l-Istorja Ewropea

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Fuq il-post u online Lingwa/i DE, EN, FR, NL

Ejja f'Dar l-Istorja Ewropea mal-istudenti tiegħek! Skopri magħhom il-wirjiet u l-attivitajiet tagħna filwaqt li titgħallem ir-rwol li għandha l-istorja fid-dinja tagħna.

Skopri u tgħallem dwar il-wirjiet permanenti u temporanji

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U L-POLITIKA - STĦARRIĠ

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i EN

Taħdem maż-żgħażagħ? Skopri x'jaħsbu ż-żgħażagħ Ewropej dwar il-politika Ewropea u r-rwol tagħhom fiha!

Aqra aktar

Taħriġ għall-għalliema

Età fil-mira Minimum 18 years Post Online, Fuq il-post Lingwa/i Il-lingwi kollha

Skopri opportunitajiet differenti biex tiżviluppa l-ħiliet professjonali tiegħek, titgħallem aktar dwar il-Parlament Ewropew u tingħaqad mal-għalliema madwar l-Ewropa.

Find out more
Xbieha żgħira ta' persuna bilqiegħda f'munzell ta' euro

FINANZJAMENT

Età fil-mira L-etajiet kollha Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Il-Parlament Ewropew joffri għażla wiesgħa ta' pakketti finanzjarji biex kulħadd ikun jista' jieħu sehem fl-avvenimenti tagħna. Ara r-rekwiżiti u ibda ppjana l-avventura Ewropea tiegħek li jmiss bl-għajnuna tal-Parlament!

Skopri liema mill-programmi taż-żgħażagħ tal-Parlament joffru appoġġ finanzjarju!

AKTAR OPPORTUNITAJIET TAL-UE GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ

Età fil-mira From 16 - To 30 years Post Online Lingwa/i Il-lingwi kollha

Qatt smajt dwar Erasmus+ jew il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà? Tixtieq tiskopri aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ offruti minn istituzzjonijiet oħra tal-UE? Żur il-Portal taż-Żgħażagħ, inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea, biex issir taf aktar.

Tgħallem aktar