Taħriġ għall-edukaturi
Il-Parlament Ewropew jorganizza seminars u taħriġ fuq il-post u online biex jagħtik l-opportunità li tiżviluppa l-ħiliet professjonali tiegħek, tagħmel kuntatti ġodda ma' edukaturi oħra u jipprovdilek suġġerimenti u ideat biex tgħallem dwar l-Ewropa b'mod interattiv.
-
Interessat/a fl-offerta ta' tagħlim ta' Dar l-Istorja Ewropea iżda tixtieq tkun taf aktar dwarha? Aħna norganizzaw sessjonijiet ta' informazzjoni u taħriġ għall-għalliema online u fuq il-post. Matul dawn is-sessjonijiet, se tingħata introduzzjoni għall-offerta ta' tagħlim b'mod ġenerali u tiskopri l-workshops tematiċi tagħna. Element ewlieni tal-approċċ tagħna għat-tagħlim huwa esplorazzjoni u valutazzjoni tar-rwol influwenti tal-istorja fid-dinja moderna tagħna.
-
Flimkien.eu hija komunità pan-Ewropea li tħeġġeġ liċ-ċittadini jipparteċipaw fid-demokrazija. Ingħaqad mal-komunità biex tagħmel kuntatt ma' edukaturi oħra u jkollok aċċess għal avvenimenti u opportunitajiet ta' taħriġ biex jgħinuk tqarreb l-Unjoni Ewropea lejn l-istudenti tiegħek.
-
Fil-qafas tal-programm Skola Ambaxxatriċi tal-Parlament Ewropew, il-Parlament Ewropew joffri seminars u workshops online u fuq il-post biex jgħinuk iddaħħal l-Ewropa fil-klassi, tinteraġixxi u tippromwovi proġetti transfruntiera.