Rebbieħa preċedenti tal-Premju Karlu Manju għaż-Żgħażagħ

Rebbieħa 2022
L-ewwel post intrebaħ mill-proġett mill-Portugal "Orquestra Sem Fronteiras" [MT: Orkestra Mingħajr Fruntieri], li jippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-Portugall u Spanja, permezz tal-mużika ta' talenti żgħażagħ li jgħixu fiż-żewġ pajjiżi, bil-għan li jittaffew l-inugwaljanzi soċjali u kulturali.
It-tieni post intrebaħ mill-proġett miċ-Ċekja "Politika (nejen) pro Mladé" [MT: Il-Politika (Mhijiex Biss) għaż-Żgħażagħ], li jlaqqa' flimkien politiċi żgħażagħ mill-ispettru politiku kollu biex jiddibattu l-politika, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jistinkaw għal soċjetà ċivili żagħżugħa infurmata u attiva.
It-tielet post intrebaħ mill-proġett Ġermaniż "Ukrainian Vibes - European Public Sphere" (Sensazzjonijiet Ukreni - L-Isfera Pubblika Ewropea), organizzat permezz ta' Democracy International. Il-proġett, li dam għaddej minn April sa Ottubru 2021, laqqa' flimkien nies minn 36 pajjiż għal diskussjonijiet virtwali dwar id-demokrazija, l-iżvilupp u l-integrazzjoni Ewropea, b'enfasi fuq ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukrajna. Huma ppubblikaw uħud mill-proposti ġġenerati fuq il-pjattaforma tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.
Rebbieħa nazzjonali
- AWSTRIJA - Young ChangeMaker Challenge
- IL-BELĠJU - Voters Without Borders European Citizens’ Initiative (ECI)
- IL-BULGARIJA - Summer Academy "Perspectives"
- KROAZJA - European coolture+
- ĊIPRU - The 25 Percent Project
- REPUBBLIKA ĊEKA - Politika (nejen) pro mladé
- ID-DANIMARKA - Board of Nordic National Committees - Nordic Summer Summit 2021
- ESTONJA - Creation of an international youth innovation (HUUB) network
- IL-FINLANDJA - Sustainable Venture Creation
- FRANZA - Espions à la Commission
- IL-ĠERMANJA - Ukrainian Vibes - European Public Sphere
- IL-GREĊJA - Towards a European Civic Service
- L-UNGERIJA - SaveEUstudents
- L-IRLANDA - Student Council Charter
- L-ITALJA - The Giufà Project
- IL-LATVJA - Aizstāvības akadēmija/Advocacy Academy
- IL-LItwaNJA - YES: Young (Ex-)Offenders' Support
- MALTA - Enterprising Europe
- IL-POLONJA - Model European Union Poland & Serbia 2021
- IL-PORTUGALL - Orchestra Without Borders
- IR-RUMANJA - EUROSFAT 2021 - Europe is the Future
- IS-SLOVAKKJA - Youth United Media
- SLOVENJA - Ljubljana 2021 - 94th International Session of EYP
- SPANJA - MEU Spain 2021 - Simulation of the European institutions
- L-ISVEZJA - Bridge the Pond
- L-OLANDA - Maastricht 2021 - 4th International Forum of the European Youth Parliament
Rebbieħa 2021
Fl-2021 l-ewwel post intrebaħ mill-proġett miċ-Ċekja "Fakescape" li juża l-logħob biex jgħallem liż-żgħażagħ kif jaħsbu b'mod kritiku u jagħrfu l-aħbarijiet foloz.
Fit-tieni post kien hemm "Generation Z" (Ġenerazzjoni Ż), proġett mir-Rumanija li laqqa' liż-żgħażagħ flimkien ma' akkademiċi u personalitajiet biex jinkoraġġixxu l-kurżità, il-ħsieb kritiku u l-libertà tal-kelma, kif ukoll id-djalogu interġenerazzjonali.
"EuroInclusion" minn Spanja rebaħ it-tielet post. Huwa programm ta' skambju għaż-żgħażagħ Ewropej, li għandu l-għan li jikseb integrazzjoni sħiħa mil-lat soċjali, kulturali u politiku taċ-ċittadini b'diżabilità f'Ewropa ħielsa, diversa u magħquda.
Rebbieħa 2020
Il-proġett Ġermaniż "European Archive of Voices" (Arkivju Ewropew ta' Vuċijiet) jiġbor testimonjanzi orali tal-istorja minn persuni li twieldu qabel l-1945.
It-tieni post mar għall-proġett Franċiż "Moving towards a European Civic Service" (Mixja lejn Servizz Ċiviku Ewropew), assoċjazzjoni li tgħin liż-żgħażagħ Ewropej jagħmlu volontarjat f’pajjiżhom u f’pajjiżi oħra bil-għan li jiġu indirizzati sfidi soċjetali ewlenin bħall-ambjent.
Fit-tielet post ġiet Madeleina Kay (ir-Renju Unit), magħrufa bħala #EUsupergirl, bl-inizjattiva "The Future is Europe" (Il-Futur huwa l-Ewropa).
